Sunday, November 24, 2024

Serie A: Skoss ieħor għal Milan

Aqra wkoll

Milan ħadu skoss ieħor fit-tentattiv li jżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq meta barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Lecce. 

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Olivier Giroud (28) u Tijani Reijn­ders (35) iżda Nicola Sansone (66) u Lameck Banda (70) għamlu l-iskor indaqs għat-team ospitu. 

Fil-ħin miżjud, ir-Rossoneri kellhom lil Giroud (93) imkeċċi.  

Fil-partita l-oħra, Juven­tus għelbu lil Cagliari bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu fl-ewwel post tal-klassiika iżda lagħbu partita aktar minn Inter li llum jilagħbu f’darhom kontra Frosinone.

It-team immexxi mill-coach, Massimiliano Alleg­ri, kien fil-kontroll tal-logħba hekk kif skorja darbtejn minn Bremer (60) u Daniele Rugani (70). Madankollu Alberto Dossena (75) reġa’ daħħal lis-Sardi fil-partita. 

Sport