Saturday, December 14, 2024

Serie A: Skoss kbir għal Bologna

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-aħħar programm tas-Serie A tas-sena kalendarja 2023, Bologna ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions Lea­gue meta sofrew telfa ta’ 3-0 kontra Udi­nese. 

Il-goals tal-Friulani waslu minn Roberto Pereyra (23), Lorenzo Lucca (48) u Martin Payero (52) … li b’din ir-rebħa nqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Atalanta v Lecce – Ata­lanta ospitaw lil Lecce u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex resqu lejn iż-żona tal-UEFA Champions Lea­gue. Il-goal importanti ġie skorjat minn Ademola Lookman (58)

Cagliari v Empoli – Cagliari u Empoli temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat ma kkuntenta li ħadd minħabba li t-tnejn jinsabu fiż-żona tar-relegaz­zjoni. 

Genoa v Inter – Inter marru għand Genoa u fallew żewġ punti mill-aktar importanti meta setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1. 

Huma fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fil-quċċata tal-klassifika iżda dawn set­għu waqgħu għal żewġ punti biss jekk Juventus għelbu lil Roma fil-partita li ntlagħbet tard ilbieraħ filgħaxija.

Kienu n-Nerazzurri li fetħu l-iskor, fit-42 minuta, meta Marko Arnautovic kompla għal ġewwa minn rebound wara li Nicoló Ba­rella laqat il-lasta. 

Iżda seba’ minuti mill-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Genoa kisbu d-draw minn Radu Dragusin. 

Lazio v Frosinone – Lazio dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 3-1 bil-protagonisti jkunu Valentin Castellanos (70), Gustav Isaksen (72) u Patric Gabarron (84) wara li Matias Soule (58 pen) fetaħ l-iskor għal Frosinone. 

Ekonomija

Sport