Sunday, November 24, 2024

Serie A: Udinese v Roma kellha tiġi sospiża …

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, il-partita bejn Udinese u Roma kellha tiġi sospiża fit-72 minuta minħabba li l- midfielder ta’ Roma, Evan Ndicka ħassu ħażin u waqa’ mal-art biex kellu jittieħed b’urġenza l-isptar.

Fortunatament huwa deher f’sensieh waqt li kien qed iħalli l-ground fuq stretcher. L-internazzjonali tal-Ivory Coast ingħata ovazzjoni kbira mill-partitarji taż-żewġ timijiet waqt li kien qed jinġarr lejn l-ambulanza.

Il-logħba se titkompla f’data li se titħabbar aktar tard.  

Kien Roberto Pereyra (23) fetaħ l-iskor għal Udinese iżda Romelu Lukaku (64) kiseb id-draw għal Roma.

Napoli v Frosinone – Napoli laqgħu lil Frosinone u spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

L-eroj ta’ Frosinone kien Walid Cheddira (50, 73) li kull darba wieġeb kull meta Napoli marru fil-vantaġġ permezz ta’ Matteo Politano (16) u Victor Osimhen (63).

Il-goalkeeper ta’ Napoli, Alex Meret, salva penalty fuq Matias Soule (30) … filwaqt li fil-ħin miżjud il- Partenopei tkeċ­ċielhom Ma­rio Rui għal żewġ karti sofor.

Sassuolo v Milan – Milan marru għand Sassuolo u ġew miżmuma draw 3-3.

Andrea Pinamonti (4) u Armand Lauriente (10, 53) skorja għal Sassuolo filwaqt li Rafael Leao (20), Luka Jovic (59) u Noah Okafor (84) skorjaw għal Milan.

Bologna v Monza – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Bologna ġew miżmuma minn Monza fi draw ta’ mingħajr goals biex waqqgħu żewġ punti mill-aktar importanti fit- ten­tattiv li jtemmu fir-raba’ post.

Sport