UEFA Conference League: Hamrun Spartans maqbudin in-Norveġja minħabba kundizzjonijiet ħziena tat-temp

0
2
File photo: Mark Mangion

Il-kontinġent ta’ Hamrun Spartans flimkien mal-partitarji li vjaġġaw mat-team, dam aktar minn tmien sigħat abbord l-ajruplan, li kien wieqaf fl-ajruport ta’ Bergen, fin-Norveġja.

Jidher li l-problemi  bdew meta l-ajruplan kien se jinżel fl-ajruport ta’ Vagar, fil-Faroe Islands. Madankollu, minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, il-kaptan iddeċieda li ma jirriskjax l-inżul u biddel ir-rotta lejn Bergen bħala alternattiva aktar sigura.

Il-kontinġent ta’ Hamrun qatta’ l-lejl tal-bieraħ f’lukanda f’Bergen.

Huwa mifhum li Hamrun Spartans diġà kkomunikaw mal-UEFA pero s’issa għad ma kienx hemm risposta.

Ir-regolamenti tal-UEFA jobbligaw lit-timijiet parteċipanti biex, lejlet kull partita uffiċjali, jorganizzaw konferenza stampa filwaqt li jagħtu kummenti lil media rispettiva. Lejlet il-partita wkoll, issir l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel il-konfront uffiċjali.

Agħar min hekk, għadu mhux magħruf jekk il-players humiex se jkunu fi stat tajjeb għal partita u fuq kollox jekk hux se jaslu fil-ħin għal logħba tal-ewwel leg tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League kontra NSI Runavik. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here