Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1.30p.m. il-Pulizija kienet infurmata li seħħet serqa ġewwa ħanut li jinsab fi Triq San Tumas fil-Floriana.
Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post, filwaqt li kelliem għall-Pulizija qalilna li għadha għaddejja t-tfittxija għall-aggressur.
B’xorti t-tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.