Saturday, December 21, 2024

Sessjonijiet ta’ taħriġ fuq l-iskemi ta’ pensjoni okkupazzjonali volontarja

Aqra wkoll

Skemi ta’ Pensjoni Okkupazzjonali Volontarja (magħrufa bl-Ingliż bħala Voluntary Occupational Retirement Pension Schemes – VORPS) huma maħsuba biex jipprovdu dħul addizzjonali għal pensjoni kontributorja. Dawn l-iskemi jipprovdu wkoll għodda unika sabiex min iħaddem ikunu jistgħu jattiraw u jżommu riżorsi umani fi ħdan in-negozju tagħhom aktar u aktar f’suq tax-xogħol li huwa kompetittiv ħafna. Barra minn hekk, l-inċentivi tat-taxxa jagħmlu dawn l-iskemi attraenti kemm għall-impjegat kif ukoll għal min iħaddem għax iħallu impatt pożittiv fuq l-investiment magħmul minnhom.

ĠEMMA, il-pjattaforma indipendenti li tippromwovi il-kapaċità finanzjarja li taħdem fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, se tkun qed tniedi sessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni fuq l-iskemi ta’ pensjoni okkupazzjonali volontarja maħsuba għal min iħaddem u sidien tan-negozji. 

Dawn is-sessjonijiet se jiġu mogħtija b’kollaborazzjoni ma’ EMCS Advisory, wieħed mill-imsieħba ta’ ĠEMMA. Il-parteċipanti f’dawn is-sessjonijiet jingħataw informazzjoni ġenerali fuq kif jitħaddmu dawn l-iskemi, l-implementazzjoni tagħhom kif ukoll kif wieħed jikkalkula id-dhul fuq dan it-tip ta’ investiment.

Dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni se jsiru f’dawn id-dati:

  • It-Tnejn, 16 ta’ Mejju, 10.30 a.m. – 12.30 p.m., Trainer: Silvan Mifsud
  • It-Tnejn, 16 ta’ Mejju, 2.00 p.m. – 4.00 p.m., Trainer: Matthew Castillo
  • It-Tlieta, 17 ta’ Mejju, 10.30 – 12.30 p.m., Trainer: Silvan Mifsud
  • It-Tlieta, 17 ta’ Mejju, 2.00 p.m. – 4.00 p.m., Trainer: Matthew Castillo

Min hu interessat jattendi jista’ jirreġistra l-interess tiegħu billi jżur https://bit.ly/VORPS.

Ekonomija

Sport