Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq jeħlisha ħafif wara li sfrondat parti minn triq f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem appella lis-sewwieqa biex jevitaw iċ-ċentru storiku t’Għajnsielem hekk kif parti minn Triq Wied Rgħajjes ċediet.

Jidher li l-karozza spiċċat ġol-ħofra hekk kif ċediet parti mit-triq waqt li kienet għaddejja minn fuqha. Jidher li fortunatament is-sewwieq sofra biss minn xokk kawża tal-inċident.

Is-Sindku Kevin Cauchi qal li din it-triq nbniet litteralment fuq wied fis-snin 70 bi storm water culvert kbir fin-nofs u peress li bħalissa l-junction ta’ Qala Road – li tagħti għal Għajnsielem, in-Nadur u l-Qala – hija magħluqa t-traffiku kollu għaddej minn din il-parti inkluż vetturi kbar.

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem irringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex li se jkun qed jagħmel it-tiswijiet meħtieġa b’mod urġenti.

Sport