Friday, May 3, 2024

Sewwieq ta’ ambulanza jinqatel waqt li kien qed jgħin xi Palestinjani midruba

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ ambulanza inqatel waqt li kien qed jittrasporta xi Palestinjani midruba f’attakk li seħħ nhar is-Sibt. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan, li f’kumment li ta lill-midja internazzjonali qal li s-sewwieq ġie identifikat bħala Mohammed Awad Allah Mohammed Musa.

Ġie kkonfermat li dan inqatel hekk kif l-ambulanza intlaqtet minn sparar. Dan ġie kkonfermat ukoll mis-soċjetà Palestinjana
F’inċident ieħor separat, il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael (IDF) żammew ekwipaġġ ieħor tal-ambulanza fid-daħla tal-isptar Thabet Thabet f’Tulkarm.

Aktar kmieni s-Sibt, l-IDF qalet li l-forzi tas-sigurtà qatlu 10 terroristi f’operazzjoni li għaddejja fil-kamp tar-refuġjati ta’ Nur Shams. Il-Ministeru tas-Saħħa Palestinjan ikkundanna kemm id-detenzjoni tal-ekwipaġġ tal-ambulanza kif ukoll “il-qtil intenzjonat ta’ xufier tal-ambulanza s-Sibt filgħaxija, waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet umanitarji tiegħu”.

Il-Ministeru qal fi stqarrija li qed jappella b’urġenza lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-saħħa, lill-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jaġixxu b’mod urġenti biex jitrażżnu l-attakki li qed jiżdiedu

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport