Saturday, May 4, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-GP taċ-Ċina b’mod faċli

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, kompla juri l-potenzjal tiegħu biex rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina biex kompla wkoll iżid il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 1:40:52.554 quddiem il-Britanniku, Lando Norris (Mc­Laren) li kien segwit mill-Messikan tar-Red Bull, Sergio Perez li daħal fit-tielet post.

Din it-tiġrija kienet karatterizzat minn żewġ safety cars li kissret il-kontinwitá tar-Red Bull hekk kif dehru li kienu se jirbħu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet.  

Filwaqt li Verstappen ba­qa’ jżomm l-ewwel post minħabba li kellu vantaġġ sostanzjali, mhux l-istess jista’ jingħad għal Perez li għeleb lil għeleb lis-sewwieq tal-Ferrari Charles Leclerc u lil Norris iżda dan tal-aħħar approfitta mill-ħruġ tal-karozza tas-sigurtá u mal-inqas ċans li kellu qabeż fit-tieni post li żamm sal-aħħar. 

Verstappen wera  s-superjorità tiegħu meta fl-ewwel kantuniera qabeż fl-ewwel post minkejja li Norris beda mill-pole position. 

Huwa qatt ma ħares lura biex temm din it-tiġrija b’vantaġġ ta’ 13.773 sekondi fuq is-sewwieq Britanniku.

B’hekk din kienet ukoll ir-raba’ rebħa tiegħu minn ħames tiġrijiet u jidher li, bħas-sena li għaddiet, din id-darba se tkun ukoll purċissjoni mingħajr wisq eċċitament. 

Il-klassifika ġenerali tas- sewwieq (ta’ fuq) hija: 110 – Max Verstappen; 85 – Sergio Perez; 76 – Charles Leclerc; 69 – Carlos Sainz; 58 – Lando Norris; 38 – Oscar Piastri; 33- George Russell; 31 – Fernando Alonso

Kostrutturi: 195 – Red Bull;  151 – Ferrari; 96 – McLaren; 52 – Mercedes. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport