Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat- traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-2:45 p.m f’Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, fl-Imqabba.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn van tat-tip Mitsubishi misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Imqabba stess u mutur tat-tip Yamaha Tmax misjuq mir-raġel ta’ 41 sena residenti l-Gżira.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien iċċertifkat li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.