Wednesday, April 22, 2026

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Birkirkara

Aqra wkoll

Ilum, għall-ħabta tas-7:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident
tat-traffiku fi Triq is-Salib tal-Imrieħel, Birkirkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti Mġarr u mutur Benelli Leoncino misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti n-Nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport