Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb fis-Swieqi

Aqra wkoll

Taljan ta’ 40 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, kmieni dalgħodu weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi
Triq Sant Andrija, is-Swieqi.

Kienu għall-ħabta tas-2:00 a.m., meta ntalbet l-assistenza, fejn millewwel stħarriġ irriżulta li t-Taljan tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qed isuq u nqaleb.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport