Sewwieq ta’ vann bi ġrieħi gravi wara li ħabat f’ċint f’Ħal Safi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Carmelo Caruana, Ħal-Safi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-vann Peugeot Expert li kien qed isuq u ħabat f’ċint filġenb tat-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport