Monday, October 28, 2024

Sewwieq ta’ mutur imut wara ħabta f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur miet wara li lbieraħ għall-ħabta tat-7:40 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq in-Naxxar Ħal Lija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Iklin, Volvo XC40 misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minnufih minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport