Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara ħabta f’Burmarrad

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ karozza Mazda demio misjuqa minn mara ta’ 33 sena miż-Żebbuġ Għawdex. L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad – Burmarrad.

Is-sewwieq tal-mutur Yamaha hu raġel ta’ 31 sena minn Ħal Għaxaq fejn kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident qed jinġema t-traffiku fl-inħawi ta’ Burmarrad. Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija kemm biex jinvestigaw l-inċident u anke biex jikkontrollaw it-traffiku.

Ekonomija

Sport