Thursday, April 25, 2024

Għada mistenni kunċert mill-aqwa ta’ “Feel the Magic of Opera Favourites” f’Għawdex

Aqra wkoll

Għal darb’oħra, il-Kor tal-Belt Victoria – Chorus Urbanus – se jkun qed jippreżenta kunċert mill-aqwa fit-Teatru Astra mis-sensiela “Feel the Magic.” Din id-darba l-kor flimkien ma’ Malta Philharmonic Orchestra se jkunu qegħdin ikantaw partijiet minn diversi opri.

Mal-kor se jingħaqdu żewġ solisti ta’ fama internazzjonali li huma s-Sopran Claudia Sasso mill-Italja u t-Tenur Leonardo Capalbo mill-Istati Uniti.

Id-direzzjoni se tkun f’idejn is-Surmast magħruf Dr John Galea. Dr Galea għamel isem kemm f’pajjiżna u anke barra minn xtutna kemm bil-kompożizzjonijiet tiegħu u anke l-mod ta’ kif jidderiġi l-orkestri.

Fil-fatt hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa surmastrijiet li hawn bħalissa fl-Ewropa.

Biex wieħed jibbukkja għandu jidħol fuq is-sit tat-Teatru Astra, fejn ikun jista’ jixtri l-ftit biljetti li baqa’.

Sport