Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-4.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Romet motors Vanilla 110 misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Belt Valletta u Honda Civic misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Tarxien.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport