Wednesday, December 25, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:15 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marsa, il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 55 sena, u vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport