Wednesday, April 24, 2024

Kacey se tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Il-funeral ta’ Kacey Sciberras, iż-żagħżugħa ta’ 17-il sena li tilefet ħajjitha nhar il-Ħadd li għadda f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard, se jsir nhar is-Sibt li ġej fit-8:00 a.m fil-Knisja Parrokjali ta’ San Pawl il-Baħar. Ħabbar dan il-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri San Pawl il-Baħar AD 1969.

Fuq xewqa tal-familja, kull min jixtieq jattendi huwa mħeġġeġ sabiex jilbes ilbies ikkulurit.

Il-funeral se jixxandar live fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa.

Sport