Thursday, April 18, 2024

Kacey Sciberras hija t-tfajla li tilfet ħajjitha fl-inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Kacey Sciberras hija t-tfajla li tilfet ħajjitha fl-inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-3.00am.

Mijiet ta’ persuni wasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familjari.

Fost dawk li sellmu lil Kacey kien hemm il-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri San Pawl il-Baħar fejn qal li l-kumitat tilef wieħed minn uliedu.

Hija kienet membru attiv fil-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin.

Mijiet ta’ persuni qegħdin iwasslu l-kondoljanzi lil ommha Doris, missierha Jason li wkoll hu membru tal-kumitat tal-festa kif ukoll lil ħuha Kyle.

Jidher li s-sewwieq kien Luke Debattista li wkoll hu minn San Paul il-Baħar li sofra ġrieħi gravi.

Ekonomija

Sport