Friday, May 3, 2024

Domenico Criscito jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

Hekk kif jumejn ilu, Genoa għelbu lil Bari bl-iskor ta’ 4-3. kien mument emozzjonanti għall-eks difensur Taljan Domenico Criscito li se jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem.

Criscito, li għandu 36 sena, tkellem mal-partitarji fi Stadio Marassi fejn irringrazzjahom tas-sapport li dejjem sab min-naħa tagħhom, speċjalment għal dawn l-aħħar snin li għal darba, tnejn, tlieta ngħaqad magħhom. 

Hu qal li jasal dak il-mument li l-ebda plejer professjonali ma jkun jixtieq. Minkejja kollox, hu qal li kellu l-fortuna li jilbes flokkijiet ċelebri fosthom Zenit St Petersburg, Juventus u Toronto FC.

Sport