Tuesday, April 30, 2024

Iż-żagħżugħ Gift Orban segwit minn erba’ klabbs Ingliżi

Aqra wkoll

Erba’ club tal-kampjonat Premier Ingliż jixtiequ jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant Niġerjan Gift Orban. Dan tal-aħħar għad għandu biss 20 sena u bħalissa jinsab reġistrat ma’ Gent fil-Belġju.

Sadanittant Chelsea, Manchester United, Tottenham Hotspur u Fulham jixtiequ jirreġistraw lil dan il-plejer.

Orban ingħaqad ma’ Gent fil-bidu ta’ din is-sena u skorja rekord impressjonanti ta’ 14-il gowl fi 13-il logħba. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Staeback u Bison.

Sport