Sunday, April 14, 2024

Tifla ta’ 9 snin bi ġrieħi gravi wara li ttajret f’Santa Luċija… u Filippin jaqa’ minn fuq e-kick scooter

Aqra wkoll

Tifla ta’ 9 snin ittajret minn vettura tal-għamla Ford Transit Connect misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq Dawret it-Torri f’Santa Lucija.

Intant f’inċident separat, ilbieraħ għall-ħabta tad-9.30pm, il-Pulizija kienu nfurmati li raġel mill-Filippini ta’ 37 sena u residenti l-Pieta’ waqa’ waqt li kien qed isuq e-kick scooter fi Triq il-Kukkanja, Santa Venera.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport