Tuesday, April 30, 2024

Maarten Stekelenburg se jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun

Aqra wkoll

Il-klabb Olandiż ta’ Ajax Amsterdam ħabbar li l-goalkeeper Maarten Stekelenburg se jkun qed idendel l-ingwanti tiegħu darba għal dejjem hekk kif se jkun qed jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Illum il-ġurnata, Stekelenburg għandu 40 sena u sostna li wara konsultazzjoni mal-familja tiegħu, iddeċieda li jieqaf sabiex jibda kapitlu ġdid f’ħajtu.

Stekelenburg kellu karriera twila fil-qasam tal-futbol internazzjonali meta libes il-flokkijiet ta’ Roma, Fulham, Monaco, Southampton u Everton apparti li ddefenda l-lasti tat-tim nazzjonali Olandiżi għal 63 darba. 

Sport