Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Ragusa, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn SUV Peugeot 2008 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena, u mutur Honda WW125 misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport