Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Keffa, is-Swieqi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda CBF125 misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 88 sena, residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.