Friday, April 26, 2024

UCL: Il-holders Real Madrid jilagħbu kontra Chelsea fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, il-holders Real Madrid se jiffaċċjaw lil Cheslea filwaqt li Manchester City se jilagħbu kontra Bayern Munich. 

Inter se jilagħbu kontra Benfica filwaqt li  ċ-champions tas-Serie A, Milan, jaffrontaw lill-leaders attwali Napoli.

Jekk Chelsea u Manchester City jgħaddu, jiltaqgħu fis-semi­finali kollha tal-Premier League filwaqt li  Milan jew Napoli jiltaqgħu ma’ Inter  jew Benfica fis-semi-finali l-oħra.

L-ewwel legs tal-kwarti-finali jintlagħbu bejn il-11 u t-12 ta’ April, bil-logħob tar-ritorn bejn it-18 u d-19 ta’ April.

L-ewwel legs tas-semi-finali se jkunu bejn id-9 u l-10 ta’ Mejju, u t-tieni legs bejn is-16 u s-17 ta’ Mejju.

L-Istadium Olimpiku Ataturk f’Istanbul, it-Turkija, se jospita l-finali fl-10 ta’ Ġunju.

Il-poloz tal-kwart-finali huma:

Real Madrid v Chelsea

Milan v Benfica

Manchester City v Bayern Munich

Milan v Napoli

Il-poloz tas-semi-finali huma:

Milan/Napoli v Benfica/Milan

Real Madrid/Chelsea v Manchester City/Bayern Munich

Sport