Saturday, April 27, 2024

Veterans: Gżira United jagħtu skoss ieħor lil Zejtun Red Stars

Aqra wkoll

Gżira United reġgħu daħlu fit-taqtiegħa għall-unuri meta f’logħba ferm missielta mill-VMFA Hyundai Premier League għelbu lill-isfidanti l-oħrajn Żejtun Red Stars 4-2.

Kienet logħba ferm interessanti bejn żewġ timijiet li kellhom l-għan li jibqgħu jsegwu lil-leaders MFPA.

Għal Żejtun dan kien diżappunt ieħor hekk kif naqqsu milli jiksbu xi punti u komplew mas-sensiela xejn pożittiva li għaddejjin minnha.

Minkejja li Gżira United kienu mingħajr il-leader tagħhom Andrew Cohen, huma pproduċew wirja eċċezzjonali sabiex ħadu t-tliet punti finali li jpoġġihom biss żewġ punti taħt l-istess avversarji tagħhom u seba’ punti minn mal-leaders.

Jonathan Pearson poġġa lil Gżira fil-vantaġġ sabiex Nikolay Filipov ġab l-iskor indaqs għaż-Żwieten. L-istess Pearson żied ieħor għal Maroons b’Etienne Bonnici li għamilhom 2-2.

L-aħħar parti tat-tieni taqsima, kienet kollha kemm hi tal-Gżirjani li skorjaw għal darba darbtejn permezz ta’ Alex Muscat u Trevor Cilia.
Referee kien Alex Grech.

Luxol St Andrews kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun bi stil meta għelbu lil Pieta’ Hotspurs 10-4.

Ronnie Hartvig skorja tripletta filwaqt li Paul Murphy, Michael Galea u Jean Bert Gatt skorjaw doppjetta kull wieħed. Brian Said għaqqad l-iskor favur it-tim tiegħu.

Pieta’ irrispondew b’gowls ta’ Lawrence Vella, Leandros Calleja, Malcolm Camilleri u Roderick Farrugia.

Referee kien Alex Grech.

KLASSIFIKA – VMFA Hyundai Premier League

MFPA 25, Żejtun Red Stars 20, Gżira United 18, Birkirkara St Helen’s 16, Rabat Veterans 14, Pieta’ Hotspurs 10, Luxol 8, Żurrieq Wolves 3.

Sport