Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta fil-Bypass tal-Imrieħel

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Bypass tal-Imrieħel.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li Indjan ta’ 23 residenti l-Fgura tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu Toyota Yaris Cross u ħabat ġo arblu. Kawża ta’ dan, il-vettura marret fuq il-karreġjata opposta u seħħet ħabta bejn il-vettura u mutur Keeway, li kien qed jinstaq minn Indjan ta’ 25 sena residenti Ħal Safi.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport