Monday, May 6, 2024

ARA: Jissoktaw l-attivitajiet b’rabta mal-Ġimgħa tal-Pulizija

Aqra wkoll

Bħalissa l-Pulizija ta’ Malta għaddejja b’sensiela ta’ wirjiet f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Pulizija 2023, fejn qed jitfakkar il-209 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll qed jitfakkar għeluq il-100 sena tal-banda tal-Pulizija – liema ċelebrazzjoni oriġinarjament kellha ssir tliet snin ilu iżda kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija.

Il-wirjiet huma mifruxa fuq ħamest ijiem, li bdew b’esebizzjoni t-Tnejn li għadda f’Wied il-Għajn, tal-bieraħ fl-Imdina, illum f’Tas-Sliema u għada Buġibba, imbagħad tiġi fi tmiemha nhar l-14 ta’ dax-xahar f’Marsalforn Għawdex.

Kull min jattendi se jkollu l-opportunità li jisma’ diversi siltiet mużikali mill-Banda tal-Pulizija taħt id-direzzjoni tal-Maestro Anthony Cassar, kif ukoll li jiltaqa’ ma’ wħud mill-klieb tal-Pulizija. Kull sessjoni tibda għall-ħabta tas-7:30 p.m.

Sport