Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Margaret A. Murray fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn bejn vettura Vauxhall Mokka misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti San Ġwann.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport