Monday, May 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara inċident fix-Xewkija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:10 p.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Jean De La Vallette x-Xewkija Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Mercedes Benz misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti r-Rabat u mutur tat-tip Peugeot misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti r-Rabat ukoll.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport