Monday, May 13, 2024

Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ theddid fuq ajruplan tar-Ryanair

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni ġew arrestati fuq suspett ta’ theddid li seta’ pperikola l-ħajja ta’ dawk abbord titjira tar-Ryanair li kienet mġiegħla tagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Stansted f’Londra.

L-ajruplan kien fi triqtu lejn Dublin fl-Irlanda wara li telaq minn Krakow fil-Polonja, iżda kellu jieħu tali deċiżjoni minħabba nota li nstabet fit-toilet u li kienet tgħid li hemm splussiv abbord.

Il-Pulizija qalet li kien hemm żewġ persuni ta’ 26 sena u 47 sena li ġew arrestati u li minkejja li ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa ma kien hemm xejn suspettuż.

Sport