Saturday, May 4, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab serjament f’inċident tat-traffiku f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Raġel ndarab wara li Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar u mutur tat-tip SYM misjuq minn raġel Pakistan.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport