Raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi gravi wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini, fil-limiti tan-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 a.m.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur, tat-tip Yamaha YZFR6, li kien qed isuq u ħabar fil-crash barrier.
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Huwa ttieħed b’ambulanza l-Isptar għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.