Kien għall-ħabta tal-5.30pm meta sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortizza tas-Sliema.
Bħalissa fuq il-post għadhom kemm waslu l-uffiċjali tal-pulizija li mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom. Kelliem għall-Pulizija qal lil Talk News li l-pulizija ġew informati b’dan l-inċident inqas minn għaxar minuti ilu.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-inċident seħħ bejn il-mutur u karozza tal-linja.
Jidher li s-sewwieq hu ħaddiem li jqassam l-ikel. L-identità u l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrfa.
Aktar dettalji kif jaslulna.