Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, għall-ħabta tal-12.15pm, f’Żabbar Road fil-Fgura. Dan hu kważi l-istess post fejn fl-aħħar 24 siegħa seħħew żewġ inċidenti oħrajn.
Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jidher li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyata Auris misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, u utur tal-għamla Dailim misjuq minn raġel li s’issa l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija u anke uffiċjali tal-LESA.
.