Wednesday, April 24, 2024

“Hija esperjenza li qatt mhu se ninsa bħala xufier”

Jitkellem ix-xufier Gary Camilleri li rebaħ il-klassi tas-6 Cylinders

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kull tip ta’ sport joffri u jagħti l-opportunità lil dak li jkun sabiex jirrapreżenta lil pajjiżna f’kompetizzjonijiet li jsiru l’barra minn xtutna. Għal Gary Camilleri, xufier ta’ esperjenza dawn l-aħħar jiem huma l-iktar jiem li mhux se jinsa’ fil-karriera tiegħu.

F’kumment li ta’ lil Talk.mt, Camilleri qal li jiddeskrivi l-esperjenza tiegħu bħala waħda sabiħa immens. Huwa żied jgħid li t-tim Malti ġie milquħ tajjeb immens mill-barranin.

Dan hekk kif fi-tmien tal-ġimgħa, it-tim famuż Malti tal-kwart ta’ mil, Zoqdi Racing Team, kien f’Santa Pod fl-Ingilterra għall-avveniment imsejjaħ Doorslammers. Hemmhekk it-tim Malti rebaħ il-klassi tiegħu, dis tas-6 Cylinder, li għaliha saq ix-xufier Gary Camilleri.

Camilleri żied jgħid li din il-ħolma ma setgħet qatt issir realtá kieku ma’ kienx hemm għajnuna mingħand ċertu nies. Huwa xtaq jirringrazzja lil Zoqdi Garage u lil Bambinu Garage li taw il-ħidma tagħhom kemm f’Malta, kif ukoll dakinhar tal-kompetizzjoni.

Irrimarka wkoll li kellu diversi sponsors li għenuh; Evolve Group, LMS Transport, Blackheath Car and Commerical Breakers, Sunny Import, Jacap u AJ Gypsum

Sport