Tuesday, May 14, 2024

Raġel ta’ 47 sena bi ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu xi ħadid

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kienu ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenzaf’garaxx fi Triq il-Parsott, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti l-Mosta, weġġa’ wara li waqa’ fuqu xi ħadid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar qabel: Ħaddiem l-Isptar wara li weġġa’ b’materjal li waqa’ fuqu fil-Mosta

Dan is-sit jinsab infurmat li ħaddiem kellu jiddaħħal l-Isptar wara li weġġa’ fuq il-lant tax-xogħol, għall-ħabta tan-12.30 p.m., fi Triq il-Parsott, il-Mosta.

Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jidher li l-ħaddiem weġġa’ b’xi materjal li waqa’ fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li tah l-ewwel għajnuna sakemm setas’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa l-identità u l-kundizzjoni tiegħu għadhom mhux magħrufa.

Aktar dettalji la jaslulna…

Sport