Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7:45am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sebħ, f’Ħal Qormi.

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li l-inċident seħħ bejn mutur u karozza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza biex jassisti. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport