Thursday, March 28, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident taħt il-mini ta’ Santa Venera

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta ta’ 12.40pm meta seħħet ħabta bejn karozza u mutur taħt il-mini ta’ Santa Venera.

Kelliem għall-pulizija filwaqt li kkonferma li seħħ dan l-inċident qal li l-mutur kien qiegħed jinsaq minn Taljan ta’ 60 sena residenti San Ġiljan li kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħruf, iżda ma jidhirx li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Fil-ħin tal-inċident kellha tingħalaq it-triq, iżda l-kelliem għall-pulizija qal lil talk.mt li issa t-triq hija miftuħa u t-traffiku miexi b’mod normali.

Ekonomija

Sport