Saturday, April 27, 2024

Sewwieqa bi ġrieħi serji u passiġġier bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ bawżer f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Żewġ persuni ndarbu wara lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Villabate Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn bawżer tal-għamla DAF, misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar u Land Rover Discovery, misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żabbar. Fil-Land Rover, kien hemm ukoll raġel ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-persuni li kienu fil-vettura l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Ix-xufier tal-bawżer ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport