Tuesday, November 19, 2024

Sewwieqi ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Illum, għall-11.00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Testaferrata, il-Gżira.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Hi-Ace misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti San Ġiljan u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 30 sena u residenti l-Imsida.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport