Francesca, tifla bid-down syndrome għażlet il-libsa tal-praċett tagħha u tinsab verament kuntenta.
Kienet ommha Michelle Rausi li fuq post fuq Facebook qalet li “She said yes to the holy communion dress” b’referenza li bintha kienet għażlet il-libsa ta’ waħda mill-aktar ġranet importanti f’ħajjitha.
Michelle qalet li ma tistax tibda x-xahar ta’ Marzu – ix-xahar li fih jiġi ċċelebbrat id-Down syndrome u ma taqsamx ritratt bħal dak.
Omm Francesca qalet li lanqas tista’ temen li bintha waslet għal praċett. “Kont ngħid min jaf kif ħa tkun meta tasal għal praċett. Issa li rajtek bil-libsa u kont qisek prinċipessa…”
Hi tkompli tgħid li meta kienet tarbija bintha kien ikollha ħafna mistoqsijiet u issa dawn kollha qed tirrispondihom hi stess.
L-omm tirringrazzja lil bintha ta’ kemm kuljum tagħmilha ferħana. “Inti l-akbar ħaiba tiegħi”.