Saturday, May 18, 2024

Issa xorta tista’ titbewwes għalkemm ‘il bogħod minn xulxin

Aqra wkoll

Illum li tkun f’relazzjoni u ż-żewġ persuni jkunu jgħixu f’pajjiż differenti saret xi ħaġa komuni. Għalhekk grupp ta’ studenti Ċiniżi ħolqu dik li qed isejħulha “remote kissing”.

Is-sistema taħdem li l-koppja jkunu qegħdin jitbewsu ma’ gadget li għandu forma ta’ xuftejn u fl-istess waqt in-naħa l-oħra li tista’ tkun eluf ta’ mili ‘l bogħod tista’ tħoss il-bewsa tal-maħbub jew maħbuha tagħha.

Aktar minn hekk dan il-gadget mhux biss iħoss il-moviment tax-xuftejn, pero jħoss ukoll it-temperatura u anke kemm tkun qed tagħmel pressjoni l-persuni fuq ix-xuftejn tas-silicone fejn in-naħa l-oħra tħoss l-istess effetti.

Jiang Zhongli, wieħed mill-persuni li vvintaw dan kollu qal li hu kien qiegħed f’relazzjoni li l-għarusa tiegħu kienet tgħix ferm ‘il bogħod minnu. Għalhekk kienu jitkellmu biss permezz tal-mobile u qatt ma setgħu jitbewsu.

Hu sostna li minn hemm ħarġet l-idea biex jiġi żviluppat dan kollu biex tal-inqas għalkemm qed tgħix ‘il bogħod mill-maħbub jew maħbuba tiegħek xorta tkun tista’ titbewwes.

Fl-2016 waqt wirja tat-teknoloġija kienet ħareġ xi ħaġa simili, pero din tal-aħħar hija ferm aktar avanzata.

1 kumment

  1. Mela mhux bhal ma kien sar fis sittinijiet LI JEKK TBUS LILL MARA JEW LILL GHARUSA FIL PUBLIKU TISTA TEHEL CITAZZJONI.Ligi li saret taht il pn. Ghada tezisti jew tnehhiet?

Comments are closed.

Sport