Saturday, May 4, 2024

Jitwaħħlu madwar 20,000 stiker fuq boroż tal-iskart li nħarġu ħżiena

Aqra wkoll

Mill-ewwel ta’ Jannar inbidel il-mod kif jinġabar l-iskart, u b’dan il-mod tneħħiet ir-responsabbiltà minn fuq il-Kunsill Lokali u l-ġbir kollu beda jsir mir-Reġjuni.

Għall-ewwel ġimgħat, it-toroq tal-pajjiż kienu mimlija bil-boroż tal-iskart li jkunu nħarġu fil-ġranet il-ħżiena u għalhekk entitajiet bħal ERA u WasteServ marru f’diversi żoni madwar il-pajjiż u kienu qegħdin iwaħħlu stikers fuq il-boroż.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli qalet li sal-aħħar ta’ Jannar kienu twaħħlu madwar 20,000 stiker. Dan ifisser li fi ftit ġimgħat kien hawn eluf kbar ta’ boroż tal-iskart li ma kinux inġabru minħabba li kienu nħarġu fi ġranet differenti.

Il-Ministru Dalli, waqt li kienet qed twieġed Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li “t-twaħħil tal-istickers mal-boroż tal-iskart li ma jinħarġux skont l-iskeda stabbilita huwa sforz kollettiv bejn diversi entitajiet.

L-intenzjoni hi li, fil-lokalitajiet fejn tiġi osservata nuqqas ta’ konformità, dawn l-istickers jitwaħħlu bħala sinjal ta’ twissija.”

Persuni li tkellmu ma’ talk.mt qal li kienu diġà bdew ilaqtu ċitazzjonijiet li jammontaw mijiet ta’ ewro.

Mill-1 t’April ta’ din is-sena s-separazzjoni tal-iskart se jkun obbligatorju u bil-liġi.

Sport