Friday, May 3, 2024

Mixli li ħareġ mus u ħebb għal ħuh fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Geoffrey Schembri ta’ 35 sena miż-Żejtun baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li waqt li kellu argument ma’ ħuh, ħareġ mus u ħebb għalih. Il-każ seħħ fiż-Żejtun u meta l-akkużat ġie mistoqsi fejn jaħdem wieġeb li bħalissa m’għandux impjieg.

Aktar minn hekk, Schembri ġie akkużat ukoll quddiem il-Maġistra Victoe Axiaq li fuqu nstabu 58 gramma ħaxixa filwaqt li fir-residenza tiegħu nstabu 14-il pjanta tal-kannabis.

L-akkużat wieħed mhux ħati tal-ebda akkuża kontrih filwaqt li l-avukat difensur Matthew Xuereb qal li Schembri ilu jirraporta lil ħuh u li kien qed idejjaq lil ommu fuq kwistjoni ta’ wirt.

Hekk kif saret it-talba għal ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa minħabba li ħuh għad irid jixhed u kien hemm biża’ li l-akkużat ifixkel il-provi. Għalhekk il-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest.

Sport