Friday, December 13, 2024

Shell bi profitt ta’ kważi tliet darbiet aktar mis-sena li għaddiet fl-ewwel kwart tas-sena

Aqra wkoll

Il-kumpanija ġganteska u magħrufa għas-sorsi t’enerġija Shell irrapurtat l-ogħla qligħ fuq perjodu ta’ tliet xhur hekk kif il-prezzijiet tal-gass u taż-żejt qegħdin jogħlew madwar id-dinja kollha.

Hu stmat li l-kumpanija Shell għamlet $9.13 biljun qligħ fl-ewwel tliet xhur tas-sena. Dan il-qligħ huwa ekwivalenti għal kważi t-tripplu tal-qligħ ta’ $3.2 biljun imħabbar fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Minkejja dan, il-kumpanija żiedet tgħid li l-fatt li waqqfet ix-xiri taż-żejt u l-gass mir-Russja minħabba l-kunflitt fl-Ukrajna ġie jiswieha $3.9 biljun.

Il-kumpanija rivali BP ukoll irrapurtat żieda qawwija fil-qligħ, iżda s’issa r-Renju Unit eskludiet li timponi taxxa għal dan il-qligħ eċċessiv min-naħa tal-istess kumpanija.

L-invażjoni fir-Russja għenet biex il-prezzijiet tal-gass jiżdiedu drastikament. Ir-Russja hija waħda mill-akbar esportaturi ewlenin maġġuri fid-dinja, iżda n-nazzjonijiet tal-Punent taw il-kelma li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom minn dan il-pajjiż għall-enerġija.

Ekonomija

Sport