Sunday, December 29, 2024

Siere A: Juventus favoriti li jtemmu fit-tielet post

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġurnata tas-Serie A, l-attrazzjoni prinċipa­li tkun fuq Juventus li għandhom ċans kbir li jtemmu fit-tielet post wara li l-Ġimgħa filgħaxija Bologna sfaw megħluba minn Genoa bl-iskor ta’ 2-0.

Juventus v Monza – Juventus jilqgħu lil Monza fejn jimmiraw li jtemmu l-kampjonat fuq nota pożittiva wara r-rebħ tal-Coppa Italia … li iżda ma tantx ġa­bi­tilhom fortuna minħabba li tkeċċa l-coach, Massimilia­no Allegri, wara tilwim intern sabiex fil-post tiegħu nħatar Paolo Montero fuq bażi temporanja.

Huma se jinżlu għal din il-partita mingħajr l-ebda pressjoni u draw jkun biżżejjed biex jispiċċaw fit-tielet pożizzjoni.

Monza, li jinsabu f’żona komda, jimmiraw li jis­piċ­ċaw fuq nota pożittiva min­ħabba li ilhom tmien partiti ma jirbħu … bl-aħħar waħda tkun dik fis-16 ta’ Marzu, li għadda, meta għelbu lil Cagliari bl-iskor ta’ 1-0. 

Huma ma jistgħux jinkludu lil Daniel Maldini, Patrick Ciurria u Andrea Carboni filwaqt li l-Bianconeri għandhom nieqes lil  Mattia de Sciglio … kollha minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Milan v Salernitana – Milan, li huma aċċertati mit-tieni post, jilqgħu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Salernitana, u għaldaqstant jibdew favoriti li joħorġu rebbieħa. 

Iżda teżisti possibbiltá kbira li dan il-konfront huwa l-aħħar wieħed tal-coach, Stefano Pioli, fit- tmexxija tat-team minħabba li r-Rossoneri baqgħu bla unur f’dan l-istaġun. 

Barra minn hekk, jista’ jkun ukoll l-addio ta’ bosta players. 

Milan iridu jsellmu lill- partitarji tagħhom b’rebħa wara li ġejjin minn telfa ta’ 3-1 għand Torino. 

Min-naħa tagħhom, Sa­lernitana jkunu jridu jsel­lmu lis-Serie A b’sorpriża hekk kif staġun ieħor ji­lagħbu fis-Serie B. 

Iżda fl-istaġun kollu hu­ma rreġistraw żewġ rebħiet biss … fuq Lazio (2-1) u fuq Verona (1-0), u għaldaqstant se tkun diffiċli biex jilħqu l- objettiv tagħhom.   

Filwaqt li Milan iridu jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin, Samuel Chukueze u Ruben Loftus Cheek, Salernitana għandhom lista ta’ players li tinkludi lil Agustin Martegani, Iron Gomis, Guillermo Ochoa, Norbert Gyomber u Jerome Boateng.

Ekonomija

Sport