Saturday, June 15, 2024

Leverkusen, Celtic u Paris SG jippruvaw għad-double

Aqra wkoll

Tliet champions friski ta’ pajjiżhom, Bayer Leverkusen, Paris St-Germain u Celtic, illum ikunu mpenjati fil-finali tat- tazza tal-pajjiż fejn rebħa tarahom jagħ­mlu d-double domestiku.

Bayer jinsabu fix-xifer ta’ double storika wara li diġá ħallew liċ-champions tal-11-il staġun ta’ qabel, Bayern Munich, iħarsu ‘l fuq meta għaddewhom b’xejn inqas minn 18-il punt tant li dawn anke ġew maqbuża fit-tieni post minn Stuttgart.

Nhar l-Erbgħa, Leverkusen sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun wara li baqgħu bla megħluba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Huma tilfu 3-0 fil-finali tal-Europa Lea­gue li saret f’Dublin mit-Taljani Atalanta li warrbu għal kollox it-tbassir meta ma tawhomx ċans jidħlu fil-logħba bl-attakkant Ni­ġerjan, Ademola Lookman, ikollu l-partita ta’ ħajtu meta skorja hat-trick stupend.

Iżda llum Bayer jistgħu jpattu għad- diżappunt li kellhom kontra La Dea billi jegħlbu lil Kaiserslautern ta’ Bundesliga B li fis-snin imgħoddija kien jilgħab magħ­hom l-attakkant Malti, Michael Mif­sud, meta dak iż-żmien kellhom lill-istilla Franċiż, Youri Djorkaeff u l-iskorer prolifiku Ġermaniż, Miroslav Klose.

Il-finali se ssir fl-Olympiastadion ta’ Berlin fit-8.00 pm.

*Fi Franza, iċ-champions Paris St-Germain ukoll se jimmiraw għad-double domestiku meta fil-finali tal-Coupe de France jiltaqgħu kontra Olympique Lyon fi Stade Pierre-Mauroy ta’ Lille, fid-9.00 pm.

Il-Pariġini rebħu l-kampjonat bil-kum­ditá u issa fl-aħħar logħba ta’ Kylian Mbappe qabel jingħaqad ma’ Real Madrid iridu jagħlqu l-istaġun fuq nota tajba oħra. Iżda għad mhux magħruf jekk Mbappe jkunx fl-iskwadra għall-mod kif telaqhom għal Los Blancos.

*Fl-Iskozja, Celtic ukoll qed iħarsu lejn ir-rebħ ta’ double domestiku meta f’Hampden Park jiltaqgħu kontra r-rivali eterni, Rangers, bil-logħba tibda fl-4.00 pm.

Min-naħa ta’ Rangers huma wkoll se jippruvaw għat-tieni tazza dan l-istaġun wara li diġá rebħu l-League Cup aktar kmieni fl-istaġun meta fil-finali għelbu lil Aber­deen 1-0 għat-28 suċċess tagħhom.

Meta wieħed jikkonsidra d-dominanza taż-żewġ timijiet fil-football Skoċċiż hija xi ftit stramba li l-aħħar finali li ltaqgħu kontra xulxin kien fl-4 ta’ Mejju, 2002, jiġifieri 22 sena ilu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport